X’inhi r-Reiki Network ?
Dan is-sit elettroniku hu mwaqqaf sabiex jipprovdi informazzjoni dwar ir-Reiki Network, assoċjazzjoni intenazzjonali ta’ Għalliema tar-Reiki, li kollha jikkonformaw ma’ l-istess livelli ta’ tagħlim fit-tradizzjoni ta’ Dr. Mikao Usui u jħaddnu kodiċi komuni ta’ etika.
Kif tilħaq Reiki Master
L-għan ewlieni tar-Reiki Network hu li tipprovdi livell għoli ta’ taħriġ lir-Reiki Masters fejn it-trainees jiggwadanjaw kemm jista’ jkun minn dan il-pass importanti fl-iżvilupp personali tagħhom. Aktar minn hekk, meta trainee jilħaq/tilħaq Reiki Master, hu/hi jkunu kunfidenti illi huma kwalifikati li jgħallmu r-Reiki lill-oħrajn fuq l-istess livell għoli li huma jkunu bbenifikaw minnhu.
F’ċerti pajjiżi, l-istandards tar-Reiki Network huma aċċettati minn awtoritajiet u kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.
Kompli aqra sabiex issir taf aktar fuq il-ħtiġijiet li għandek bżonn sabiex tilħaq Reiki Master fir-Reiki Network
|
 |
X’inhu "Reiki" ?
Ir-Reiki hu metodu ‘hands on’, mill-aktar sempliċi u minghajr ebda kontraindikazzjonijiet , li jsaħħaħ il-kapaċitajiet naturali fil-bniedem li jfejjaq lilu nnifsu. Trattamenti regolari jwasslu għall-fejqan komplet u ħolistiku peress li r-Reiki jaħdem fuq il-ġisem, il-moħħ u l-essenza tal-bniedem. Kulħadd jista’ jibbenefika minn trattamenti bir-Reiki. Aktar minn hekk, kulħadd jista’ jitgħallem juża’ r-Reiki fuq nnifsu. Ir-riżultati jkunu evidenti kemm fuq is-saħħa u fl-iżviluqq personali. Dan kollu jagħmel ir-Reiki l-aktar mod prattiku ta’ kif tgħin lilek innifsek.
Sabiex tattendi Reiki Seminar
M’għandekx bżonn esperjenza bir-Reiki qabel ma tattendi Seminar tar-Reiki. Jekk ikollok xi dubji, tista’ tattendi taħdita informattiva fuq ir-Reiki jew tikkuntattja xi membri tar-Reiki Network. Aktar minn hekk, tista’ tmur għal trattament bir-Reiki sabiex tkun taf x’jinvolvi. L-aktar pass importanti hu li titgħallem ir-Reiki billi tipparteċipa f’seminar tar-Reiki.
|